css3 buttons by Css3Menu.com



Is-Sezzjoni Żgħażagħ Sengleani

L-għaqda Sezzjoni Żgħażagħ Sengleani hi għaqda magħmula minn żgħażagħ Sengleani mill-età ta’ 13 sa 20 sena. Din l-għaqda ġiet iffurmata sabiex tgħaqqad iktar żgħażagħ mal-parroċċa tagħna, iżżid l-aspett pastorali fil-komunità u toħloq attivitajiet ta’ fund-raising għall-festa ta’ Marija Bambina. Is-SZS hi mmexxija mit-Tim Amministrattiv u mill-Grupp Gwida fejn bejniethom jieħdu deċiżjonijiet biex ikabbru l-grupp u jiftehemu fuq l-organizzazjoni t’attivitajiet ġodda.

Permezz tal-attivitajiet li jiġu organizzati matul is-sena bħal Fifa Tournaments, Movie Nights u picnics, iktar żgħażagħ qed jingħaqdu magħna u jinteressaw ruħhom fil-festa. Attivitajiet fuq aspett pastorali bħal quddies ddedikati għaż-żgħażagħ qed jiġu organizzati sabiex iż-żgħażagħ jikbru fil-fidi lejn ir-reliġjon tagħna. Il-fund-raisers li fosthom s’issa kienu jinkludu car washes, bejgħ tal-għadam u Christmas bazaar imorru biex jgħinu lill-festa u lill-għaqda tagħna fl-attivitajiet li jiġu organizzati.

Għalkemm dal-grupp sab ħafna diffikultajiet minħabba l-COVID-19, xorta waħda sab mod biex l-attivitajiet jibqgħu jsiru mingħajr ma jkunu ta’ periklu għaż-żgħażagħ. Dan għaliex ir-regoli tas-social distance jiġu mħarsa kemm fl-attivitajiet u anki waqt il-laqgħat, u fejn ikun hemm xi riskji tal-imxija, il-grupp ħa deċiżjonijiet bħat-tħassir t’attivitajiet ħalli jżomm lil kulħadd sigur.

Ix-xogħol tas-Sezzjoni Żgħażagħ Sengleani għad irid ikompli max-xhur li ġejjin għaliex il-grupp qed jaħdem fuq proġetti ġodda u oriġinali li żgur jattiraw iż-żgħażagħ u anki t-turisti.

Tim Amministrattiv

• Stefan Azzopardi White (President)
• Shanice Ahar (Segretarja Eżekuttiva)
• Kurt Bonello (Viċi-President)
• Dylan Muscat (Rappreżentant KFE)
• Matthew Curmi (Group Leader)
• Amy Theuma (Group Leader)

Copyright © Parroċċa l-Isla, Malta. All Rights Reserved