css3 buttons by Css3Menu.com



M.U.S.E.U.M. - Sezzjoni Maskili

 

Il-M.U.S.E.U.M. tas-subien tal-Isla jinsab fi triq il-Vitorja. Kull darba li jinfetaħ il-Museum ikun hemm tlieta jew erba’ katekisti biex jieħdu ħsieb u jgħallmu lit-tfal. L-għan tagħna huwa li ngħallmu r-reliġjon Kattolika lis-subien f’ambjent san fejn iħossuhom kuntenti u milqugħin. It-tfal li għandna jibdew mill-klassi ta' wara l-Ewwel Tqarbina, li tissejjah it-Tieni Sena Kateketika. Din is-sena kellna b'kollox 32 tifel. F'Ottubru li ġej jibdew it-tfal li għadhom kemm għamlu l-ewwel Tqarbin. Jiġifieri jkollna tliet klassijiet. Il-laqgħat isiru nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ġimgħa. Il-Museum jiftaħ fil-5.15 u l-laqgħa tkun mill-5.30 sas-6.15. Wara l-laqgħa t-tfal jkollhom kwarta oħra logħob. Fil-preżent għandna billiards, u żewġ table-soccers. Din is-sena dalwaqt ikollhom billiard ieħor sabiħ.

Kull nhar ta' Ħadd wara nofs in-nhar norganizzaw ħarġa għat-tfal il-kbar. Fix-xitwa mmorru l-futbol jew ħarġa fil-kampanja u sal-baħar fis-sajf. Fis-sajf ukoll norganizzaw ġurnata Għawdex u nagħmlu diversi barbikjus. Kultant minflok il-laqgħa norganizzaw dak li nsejħulhom il-logħob tas-sajf. Kultant il-ħruġ ikun itwal mis-soltu u mmorru x'imkien interessanti bħal Falkunerija, l-Imqabba jew il-Family Park f’Wied il-Għajn. Flimkien ma dan kollu ma rridux ninsew insemmu attvitajiet ta' żmien il-Milied bin-Novena, premjazzjoni u l-purċissjoni bil-bambin.

Fil-festi speċjali, bħall-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir il-laqgħat ikunu speċjali, bħala tħejjija għal dik il-festa li tkun ġejja. Barra minn hekk ftit ġimgħat qabel il-Griżma norganizzaw Seminar għat-tfal u l-ġenituri. Dan is-Seminar ikun kemm għas-subien kif ukoll għall-bniet u jsir fl-Iskola Saint Michael. Għal din is-sena qed nippreparaw iktar laqgħat għall-ġenituri biex inkunu nistgħu ngħinu aħjar lit-tfal.

Copyright © Parroċċa l-Isla, Malta. All Rights Reserved