css3 buttons by Css3Menu.com



Gruppi Familji Nsara

 

Il-Gruppi Familji Nsara hija fergħa tal-moviment ta’ Kana u ġiet imwaqqfa fl-Isla 34 sena ilu. Fil-preżent qegħdin sitt koppji u l-koppja mexejja huma Twanny u Rita Schembri. Aħna niltaqgħu darba kull-xagħar fl-Ufficcju Parrokkjali mis-7.00 sat 8.00 pm taħt it-tmexxija taċ-Chaplain Il-Kanonku Jonathan Farrugia bil-parteċipazzjoni tal-membri preżenti.

Il-laqgħa ssir regolari mill-Iskemi ppreparati u tinqasam b’Temi differenti kull xaghar billi nirriflettu u niddiskutu fuq suġġett assenjat. Tinqara’ silta mill-Bibbja u ssir riflessjoni fuq dak li nkunu qrajna u ċerti proposti ta’ ħidma nagħmlu mill-aħjar u nimpenjaw ruħna biex jittwettqu.

L-iskop huwa dejjem li nieħdu formazzjoni nisranija bħala koppji miżżewġin. Tista’ tgħid li kważi l-membri kollha tal-grupp huma nvoluti fil-ħidma tal-parroċċa l-aktar fejn tidħol il-familja. Il-membri kollha tal-grupp inkunu mistiedna nattendu laqgħat distrettwali u nazzjonali li jorganizza il-kumitat ċentrali tal-Gruppi Familji Nsara.

Bħala membri nħossu li l-laqgħa tiswielna ħafna għall-ħajja tal-familja tagħna u l-formazzjoni li niehdu minnha hija ta’ valur. Aħna nippruvaw li dak li nirċievu nkunu nistgħu noffruh lill-koppji oħrajn fil-parroċċa. Dawk il-koppji li jixtiequ jinghaqdu magħna jistgħu jagħmlu hekk billi jibagħtu e-mail fuq l-indirizz elettroniku t’hawn taħt jew billi jkellmu liċ-Chaplain il-Kanonku Jonathan Farrugia.

Copyright © Parroċċa l-Isla, Malta. All Rights Reserved