css3 buttons by Css3Menu.com



Il-Parroċċa tal-Isla

 

Il-Knisja Parrokkjali tal-Isla, iddedikata lit-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, aktarx ġiet proġettata fuq pjanta tal-arkitett Vittorio Cassar fl-1580 bħala monument tar-rebħa l-kbira tal-Assedju tal-1565. Saret parroċċa fil-bidu tas-sena 1581 u ġiet ikkonsagrata fl-20 ta' Ġunju 1743 mill-Isqof Paolo Alpheran de Bussan. Il-Papa Piju VI, fil-21 ta' Mejju 1786 iddikjaraha Kolleġġjata Insinji. Fl-1921 il-knisja saret Bażilika b'digriet tal-Papa Benedittu XV; saret ukoll santwarju għaliex l-istatwa ta' Marija Bambina ġiet inkurunata fl-4 ta' Settembru 1921. F'Jannar 1941 iġġarrfet bil-bombi iżda nbniet mill-ġdid u reġgħet ġiet ikkonsagrata minn Mons. Mikiel Gonzi, Arċisqof ta' Malta, fl-24 ta' Awwissu 1957.

Numru ta' Parruċċani: 2,700
Numru ta' Familji: 1,100

Knisja kolleġġjata Arċipretali ta' Marija Bambina
Data tad-Dedikazzjoni: 20 ta' Ottubru 1743 / 24 ta' Awwissu 1957

Presbiterju Parrokkjali
Kan. Robin Camilleri, Arċipriet
Kan. Teżorier Jonathan Farrugia, Viċi Arċipriet
Kan. Penitenzier Dun Angelo Vella
Kan. Teologu Mark Ellul

Kunsill Pastorali Parrokkjali
President: Kan. Robin Camilleri, Arċipriet
Moderatur: Sur Lino Zahra
Segretarju: Sur Stefan Azzopardi White

Kunsill Ekonomiku Parrokkajli
President: Kan. Robin Camilleri, Arċipriet
Segretarju: Sur Adrian Cutajar

Sagristan u Kuratur
Sur Gino Parnis

Quddies
It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt: 07:00, 18:00
Il-Ġimgħa: 07:00, 10:00, 18:00
Il-Ħadd: 08:00, 10:30, 18:00

Copyright © Parroċċa l-Isla, Malta. All Rights Reserved