css3 buttons by Css3Menu.com



Tim tal-Midja

 

Bħala parti mill-preparamenti għall-festi ċentinarji fil-parroċċa tal-Belt Senglea inħasset il-ħtieġa li jiġi ffurmat grupp li jkun inkarigat minn dak kollu li huwa relatat mal-midja. Għal dan il-għan twaqqaf it-Tim Midja.

Dan it-tim huwa mmexxi minn Core Group ta' ħames persuni. Il-Core Group għandu r-responsabbilta’ li jikkordina l-mezzi ta’ komunikazzjoni li diġà kienu qed jintużaw, filwaqt li joħroġ b’idejat ġodda, moderni u kreattivi sabiex joħloq materjal printed, awdjoviżiv u għal fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni maħsub sabiex ikompli jwassal il-kelma t’Alla fl-irkejjen kollha tal-Gżejjer Maltin u Għawdxin.

Il-ħidma ta' dan il-grupp hija msejsa fuq tlett punti importanti:

Immodernizzar
Sabiex jitwasslu ċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru issa u fil-futur hemm bżonn soluzzjonijiet moderni u li jimxu maż-żminijiet tal-lum. Il-parroċċa, anki permezz li applikat u rebħet ammont ta’ fondi, nvestiet f’apparat modern marbut mal-midja. Dan l-apparat ħa jkompli jgħin biex jitwassal il-messaġġ fid-djar mhux biss tas-Sengleani imma tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Koordinazzjoni
Li l-ħidma li ssir tkun waħda koordinata sabiex dak kollu li jitla' u jidher f'isem il-parroċċa jkun maħsub sabiex jiġu milħuqa l-faxex tal-etajiet kollha fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari il-mezzi soċjali.

Udjenza akbar
L-għan aħħari hu li, billi issir ħidma bil-għaqal fuq l-ewwel żewġ punti, jitkabbar l-interess tan-nies u b'hekk il-messaġġ jasal fid-djar fuq bażi nazzjonali.

Fl-aħħarnett filwaqt li dan it-tim, jew il-membri tiegħu jidhru ftit li xejn jidhru jew jissemmew, joffri l-apparat u sapport tekniku kollu meħtieġ sabiex il-kumplament tal-gruppi l-oħra fil-parroċċa jilħqu l-miri u l-aspettativi tagħhom fejn tidħol komunikazzjoni mal-pubbliku.

Core Group

• Stefan Azzopardi White (Chairperson)
• Dylan Muscat (Segretarju Eżekuttiv u nkarigat mis-Social Media)
• Ray Bezzina (Rappreżentant KFE u Tim Ċentinarji)
• Adrian Falzon (Website)
• Victor Scerri (Printed Media)

Copyright © Parroċċa l-Isla, Malta. All Rights Reserved