IT-TIM ĊENTINARJU

Il-Kumitat Eżekuttiv Ċentinarju ġie maħtur mill-W.R. Arċipriet flimkien mar-Rev. Kapitlu tal-Kolleġġjata Bażilika ta’ Marija Bambina tal-Belt Senglea sabiex iħejji u jesigwixxi programm ta’ attivitajiet soċjali u reliġjużi b’rabta mat-tifkira mill-100 Sena Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tax-xbieha mirakoluża ta’ Marija Bambina. B’hekk flimkien ma’ diversi għaqdiet, soċjetajiet u entitatijiet oħra tal-parroċċa, il-kumitat hu nkarigat li jfassal u jwettaq programm dettaljat tal-attivitajiet kollha relatati ma’ dan l-avveniment storiku sabiex mbagħad jintlaħaq il-qofol ta’ dawn l-attivitajiet, nhar l-4 ta’ Settembru 2021, il-jum tant speċjali ta’ meta saret l-Inkurunazzjoni ta’ l-Istatwa ta’ Marija Bambina.

Il-Kumitat ilu mwaqqaf minn Ottubru tal- 2019 u jiltaqa’ fuq bażi regolari sabiex jiġu diskussi idejat u jiġu ppjanati diversi avvenimenti għas-sena tant speċjali ta’ 2021; sena Ċentinarja li tula l-poplu Senglean qed jiċċelebra wkoll it-tifkira tal-100 sena minn meta l-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tal-Isla ġiet elevata għall-ġieħ ta’ Bażilika. Għaldaqstant il-preparamenti huma ħafna u jirrikjedu diversi ħidmiet li jiġu mqassma fost il-membri tal-kumitat, li lkoll ġejjin minn diversi oqsma. Il-Kumitat jikkonsisti minn ħdax-il membru kif imniżżla hawnhekk:

Chairperson: Raymond Bezzina
Rappreżentant tal-Kapitlu: Kan. Mark Ellul
Segretarju Eżekuttiv: Christopher Cousin
Segretarja Amministrattiva: Marouska Bugeja
Teżorier: Andrew Cutajar
Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi: Victor Scerri
Kuratur tal-Bażilika: Gino Parnis
Membru: Justin John Camilleri
Membru: Michael Farrugia
Membru: Eemer Mangion
Membru: Rennie Schembri